Ahna l-maltin ghandna hafna tempji u postijiet preistorici. Nistghu nghidu li Malta hija wahda mill-gzejjer li ghandhom l-iktar postijiet preistorici. Ftit min dawn il-postijiet huma l-Ggantija, it-tempji ta' Hal Tarxien, it-tempji ta' Hagar Qim, it-tempji tal-Imnajdra t-tempji ta' Hagrat u ta' Skorba. Dawn huma ftit mill-hafna tempji Maltin.
Il-Ggantija
Il-Ggantija fija zewg tempji hdejn xulxin. Dawn it-tempji huma ftit mill eqdem tempji megalitici f'Malta u Ghawdex. It-tempji mbnew bicca bicca u mhux kollu f'daqqa. Kienu juzaw gebel zghar bhalla tajers biex jwasslu l-gebel sal-post maghzul. Biex jtellghu il-gebel ta' fuq kienu jibnu rampa.
It-tempji huma msejhin hekk minhabba li huwa mibni bi gebel kbir u tqil hafna msejjah bhala gebel megalitiku. Ggantija tfisser it-torri tal-gganti. Mbnew fiz- zmien Neolitiku mill-2500 sa 3600 qabel Kristu jigifieri li ghandhom xi 5500 snin illum. Biex jibnuh ma uzaw l-ebda metall.Dawn it-tempji jinsabu x-Xaghra f'Ghawdex. Ghandhom hames dahliet kull tempju u jekk tinnutaw il-bieb qed ihares lejn l-artal il-kbir fejn kienu jsiru sagrifficji tal-annimali lil allat taghhom. Xi darba jew ohra kellu saqaf tal-injam u fuqu kien hemm il-fuhhar.
It-tempji ta' Hal Tarxien
It-tempji ta' Hal Tarxien nbnew fit-2800 Q.K. Hemm tliet tempji maghqudin flimkien go Hal Tarxien. Hafna mill- relikwi li nstabu got-tempji llum jinsabu fil-musew tal-arkeologija l-Belt Valletta. In-nies li ghexu meta it-tempji kienu jintuzaw kienu jemmnu fi Alla tal-fertilita. Kienet tikonsisti minn mara hoxna li kellha s-setgha li jkollha hafna tfal. Filfatt jekk tmur l-muzew tal-arkeologija hemm statwa tal-Alla tal-fertilita li nstabet go dawn it-tempji. L-ewwel tempju giet mibnija fl-3100 Q.K. It-tieni fl-3000 Q.K. u t-tielet fl-3100. Go dawn it-tempji nstabu l-aktar arti tal-gebel u l-isbah go Malta. Fosthom spirali, gebla mnaqqxa forma ta' annimali u ohra mnaqqxa fi forma ta' barri, hanzir u qzieqez.
Dawn it-tempji sirna nafu bihom fl-1914 meta ftit rahhala kienu qed jiehdu hsieb l-ghalqa taghhom. Ir-rahhala qalu lil sir Themistocles Zammit li kien jahdem fil-National Museum fuq li sabu u beda ihaffer sakemm fl-1920 meta idenfika t-tliet tempji. Iktar thaffir sar fil-World war 11 taht il-kmand tat-tabib J.G. Baldacchino.
Il-Hypogeum
Il-kelma Ipogeo tfisser taht l-art fil-Grecja ghalhekk imsemmi hekk it-tempju.Il-Hypogeum jinsab Hal Salfieni go Paola. It-tempju ma kienx mibni imma mhaffer. Huwa l-unika tempju taht l-art fid-dinja. Ritratt tat-tampju kien jidher fuq it-2 cents u l-5 mils fl-1980. L-aktar zewg kmamar importanti fit-tempju kienu l-oraklu u is-Sancta Sanctorum. Inghalaq fl-1992 sa 1996 biex jirrangaw u jaraw li m'hemmx periklu. Tmenin nies kull gurnata biss jistghu jidhlu u ghandek tistenna tnejn sa tlett gimghat biex iggib biljett.
Sirna nafu bil-Hypogeum fl-1902 meta nies bdew ihaffru biex jibnu dar u qatghu il-fuq tat-tempju. Ghal-ewwel it-tempju kien taht il-kmand tal-qassis Manuel Magri sakemm miet fl-1907. Imbaghad SirThemistocles Zammit hal-kmand u haffer iktar.
It-tempji tal-Imnajdra
L-Imnajdra tinsab in-naha t'isfel ta' Malta. L-Imnajdra hija maqsuma fi tlett tempji hdejn xulxin. Isejhulhom it-tempju ta' fuq, tan-nofs u t'isfel.
- It-tempju ta' fuq huwa l-eqdem mit-tlieta u mbena fl-3200-3600 Q.K. Ghandha tlett dahliet.
- It-tempju tan-nofs kien imbena fl-2500-3150 Q.K. Huwa l-igded tempju mit-tlieta.
- It-tempju t'isfel kien mibni fiz-zmien it-tempji. Fih instabu spirali u xi arti ohra.
Arkeologisti sabu skieken taz-znied u habel li kienu juzaw ghas-sagrificji tal-annimali. It-thaffir tat-tempji sar taht il-kmand ta' J.G. Vance fl-1840. Fl-1871 James Fergusson pinga l-ewwel pjan tat-tempju. Fl-1910 aktar thaffir sar taht il-kmand tat-tabib Thomas Ashby u fl-1949 arkeologisti sabu zewg statwi zghar, zewg platti u ghodod.
It-tempji ta' Hagar Qim
It-tempji ta' Hagar Qim inbnew fl-3200-3600 Q.K.Hagar Qim jikkonsisti minn erba tampji hdejn xulxin. Il-Maqges ewlieni u tlieta ohra hdeja. Il-maqdes ewlieni inbena fl-3200-3600 Q.K.
It-tempji ghandhom hajt twil madwarhom. Il-hajt tal-punent fih xi 20 metru. Wkoll Hagar Qim ghandu l-ikbar gebla li ntuzzat ghal bini fl-artiketura Maltija. Fiha 57 tunelati. Hemm ukoll Menhir li fih 5.2 metru. It-tempju jharres lejn it-trammuntana huwa l-eqdem f'Hagar Qim. L-art tat-tempju tharres lejn it-trammuntana fija 3 tipi fuq xulxin.
Ta' Hagrat u Skorba
It-tempji ta' Hagrat u Skorba jinsabu qrib l-Imgarr. Isoltu huma iktar ta' interess ghal arkeologisti milli l-publiku. Skorba giet imhafra fl-1966 taht il-kmand tal-arkeologist Ingliz David Trump.Nahsbu li nbniet fi zmien il-Bronz. Pedamenti ta' djar ta' dak iz-zmien ukoll kienu instabu.
It-tempji ta'Hagrat instabu erbghin senaqabel jigifieri fl-1925. Din hija l-eqdem tempju li ma waqatx f'Malta.
It-tempji ta' Kordin
It-tempji ta' Kordin imorru lura fiz-zmien sas-seklu 3,700 Q.K. Jinstab fuq il-port il-kbir. It-tempji huma taht il-protezzjoni ta' Wirt Artna. It-thaffir beda fl-1909. Xi darba kien hemm tlieta: L-ewwel wahda ma deheritx izjed, it-tieni wahda mihiex miftuha ghal-pubbliku u t-tielet wahda ghada b'sahhitha avolja bomba fit-tieni gwerra dinjija waqghet fuqgha.