
Malta tinsab f'nofs il-Bahar Mediterran. Xi darba jew ohra Malta kienet maqghuda ma Sqallija u ma' l-Italja.
L-ewwel nies li gew Malta kienu minn Sqallija. Sqallija hija 60 mil il boghod min Malta. Dawn in-nies kienu dejjem jafu b'Malta imma ma gewhx qabel minhabba li ma kienx hawn bizzejjed ikel. L-ewwel nies kienu gew fuq xi catra jew dghajsa zghira. Meta waslu Malta marru joqghodu go gherien fosthom Ghar Dalam f'Birzebbuga. Instabu bicciet taz-znied, zbandoli, fuhhar u ornamenti personali go dak l-ghar hekk kbir u sabih. In-nies ma kinux jafu jiktbu ghalhekk zmienhom nsejhulu zmien il-Preistorja, jigifieri zmien meta n-nies kienu ghadhom ma bdewx il-kitba. Ahna nafu li dawn in-nies kienu jitkellmu b'xi lingwa imma ma nafux b'liema. Kienu juzaw il-gebel l-iktar ghalhekk insejhulhom nies ta' zmien il-hagar.Kienu juzaw ukoll l-injam biex jaqbdu n-nar, jibnu djar, bhala armi, biex joqtlu jew igerrxu l-annimali u bhala ghodda. L-aktar affarjiet li kienu juzaw in-nies ta' zmien il-hagar kienu il-hatab bhala vlegeg, ghadam biex inaqqxu l-gilda ta' l-annimali, gebla bhala martell u gebla mnaqxa fi forma ta' skalpell. In-nies kienu juzaw ukoll armi bhal skieken tal-injam jew tal-gebel, zbandoli, lanez tal-injam u vlegeg. In-nies ma baqghux joqghodu go l-gherien bdew jibnu djar bhal griebeg (gorbog fis-singular) li sabu bhalhom fi Skorba u bnew ukoll l-gharix. Il-griebec u l-gharix it-tnejn jixbhu hafna lil girna. Skorba tinsab iz-Zebbiegh/ l-Imgarr. Dawn id-djar mbnew bil-gebel, zonqor, tafal, zkuk, injam, glud tal-annimali u haxix. Go Skorba instab hafna fuhhar. Il-fuhhar issir mit-tafal. Il-fuhhar li nstab Skorba kien hemm griz u kien hemm ahmar. Il-fuhhar griz huwa eqdem mill l-ahmar. In-nies bdew jinqerdu bl-elementi naturali u s-snin imma xorta wahda nahsbu, ''Kif ma nqerdux it-tempji?'' It-tempji huma mibnijin minn gebel megalitiku li jiflah l-elementi tax-xemx, ir-rih u x-xita. Dal-gebel huwa tqil comb u ghalhekk hemm leggendi. In-nies tal-preistorja kienu jehtiegu l-annimali ghal laham, gilda, ghadam, suf, halib, bajd, trasport u demm.l-gganti bnew dawk it-tempji kbar.
Ghadna li hafna snin ilu Ghar Dalam kien dar ghal-ewwel nies li gew Malta. Go da l-ghar instabu fdalijiet ta' ljunfanti zghar, ippotami, criev u orsijiet. Dawn l-annimali selvaggi ma kienux minn Malta imma minn l-Afrika u Sqallija. Dan sar minhabba li hafna snin ilu l-bahar kien baxx hafna iktar mil-lum. Malta ma baqghatx maqghuda ma' Sqallija minhabba li l-livell tal-bahar gholla u nfirdet minn maghha. Meta Malta kienet maqghuda ma Sqallija ma kien hawn xejn nies. In-nies ta' daz-zmien kienu bdiewa, rahhala kif ukoll rghajja, u sajjieda.
Taht tistaw taraw grid biz-zmienijiet li nbnew il-postijiet preistorici:
Zmien Neolithiku : Fazi ta' Ghar Dalam : 5,000 sena qabel Kristu : L-ewwel nies f'Malta
Fazi ta' Skorba Griza : 4,500 sean qabel Kristu : Biedja u bidu tal-bini tad-djar
Fazi ta' Skorba Hamra : 4,300 sena qabel Kristu
Zmien it-Tempji : Fazi ta' Zebbug : 4,000 sena qabel Kristu : Qobra gol-gebel
Fazi ta' Mgarr : 4,000 sena qabel Kristu
Zmien ir-Ramm : Fazi tal-Ggantija : 3,600 sena qabel Kristu : L-ewwel tempji
Fazi ta' Saflieni : 3,600 sena qabel Kristu : Tempju taht l-art
Fazi ta' Tarxien : 3,000 sena qabel Kristu : Iktar Tempji
Zmien il-Bronz : Fazi tal-Cimiterju ta' Tarxien : 2,500 sena qabel Kristu : Kremazzjoni, metal gie uzat ghal l-ewwel darba
Fazi ta' Borg in-Nadur : 1,500 sena qabel Kristu : Irhula imsahhah
Fazi ta' Bahrija : 900 sena qabel Kristu : Cart Ruts